Bijografiji dun karm psaila biography
•
•
Please use this identifier to cite or link to this item:
•
L-Istorja tal-Ilsien Malti
miktuba minn Dr Mario Cassar
1350 – 1600 | 1600 – 1700 | 1800 – 1850 | 1850 – 1900 | 1950 – 2000 | 2000 –
1364
L-eqdem dokument li jsemmi l-Ilsien Malti jgħid li l-patrijiet Benedittini ta’ Katanja ma setgħux jiftħu monasteru f’Malta għax ma kinux jafu bil-Malti.
1426
Fl-atti tan-Nutar A. live Manuele, il-Malti hu msejjaħ lingua arabica.
1436
Fit-testment ta’ ċertu Pawlu Peregrino, il-Malti jissejjaħ b’ismu għall-ewwel darba: lingua maltensi.
1450
Fi żmien il-ħakma Spanjola tinkiteb l-eqdem poeżija bil-Malti: ‘Xidew il-Qada’, magħrufa wkoll bħala l-‘Kantilena’, ta’ Pietru Caxaro (c. 1410-1485). Kopja ta’ uproar il-poeżija, li saret minn Brandano Caxaro fl-1533-36, instabet fl-1966 u ġiet ippubblikata fl-1968 minn Godfrey Wettinger u Mikiel Fsadni.
1473
F’dokument li jirrigwarda proċess kriminali fil-qorti naqraw l-eqdem framment bil-Malti f’kuntest non-letterarju: ‘Hu biex isfiduene’ (‘U biex jisfidawna’).
1486-1501
Fl-atti notarili ta’ Giacomo Zabbara niltaqgħu ma’ ħafna toponimi lokali u anki ma’ xi kliem Malti li flimkien isawru kompendju lingwistiku ta’ siwi kbir.
1524
Il-Kummissjoni mibgħuta mill-Ordni ta’ San Ġwann sabiex titkixxef fuq Malta tirrapporta li l-abitanti t